Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003L0049-20130701

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/49/2013-07-01

02003L0049 — MT — 01.07.2013 — 003.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL Nru 2003/49/KE

tat-3 ta' Ġunju 2003

dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti

(ĠU L 157 26.6.2003, p. 49)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/76/KE tad-29 ta' April 2004

  L 157

106

30.4.2004

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/66/KE, tal-26. April 2004,

  L 168

35

1.5.2004

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/98/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

129

20.12.2006

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/13/UE tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 141

30

28.5.2013




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL Nru 2003/49/KE

tat-3 ta' Ġunju 2003

dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti



Artikolu 1

L-iskop u l-proċedura

1.  Pagamenti ta' imgħax u royalties li jqumu fi Stat Membru għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa imposta fuq dawk il-pagamenti f'dak l-Istat, sew jekk permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, iżda s-sid benefiċjarju ta' l-imgħax jew royalties irid ikun kumpanija ta' Stat Membru ieħor jew stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija ta' Stat Membru.

2.  Pagament imħallas minn kumpanija ta' Stat Membru jew minn stabbiliment permanenti li huwa sitwat fi Stat Membru ieħor jitqies li qam f'dak l-Istat Membru, hawnhekk iżjed ‘il quddiem isemmi bħala “l-istat minn fejn jiġi”.

3.  Stabilliment permanenti għandu jkun trattat bħala dak li jħallas l-imgħax u r-royalties biss sakemm dawk il-pagamenti jirrappreżentaw spiża li minnha tistà titnaqqas it-taxxa għall-istabbiliment permanenti fl-Istat Membru li fih huwa sitwat.

4.  Kumpanija ta' Stat Membru għandha tkun trattata bħala sid benefiċjarju ta' imgħax u royalties biss jekk tirċievi dawk il-pagamenti għall-benefiċċju tagħha stess u mhux bħala intermedjarju, bħal aġent, trustee jew firmatarju awotriżżat, għal xi ħadd ieħor.

5.  Stabbiliment permanenti għandu jkun trattat bħala sid benefiċjarju ta' imgħax jew royalties:

(a) jekk il-pretensjonijiet ta' debitu, id-dritt jew l-użu ta' informazzjoni li dwarha jinqalgħu il-pagamenti ta' imgħax jew royalties għandu x'jaqsam effetivament ma' dak l-istabbiliment permanenti; u

(b) jekk il-pagamenti ta' imgħax jew royalties jirrappreżentaw dħul li għalih dak l-istabbiliment permanenti huwa suġġett fl-Istat Membru fejn huwa sitwat għal waħda mit-taxxi msemmija fl-Artikolu 3(a)(iii) jew fil-każ tal-Belġju għall-“impôt des non-résidents/belasting der niet-verblijfhouders” jew fil-każ ta' l-Ispanja“Impuesto sobre la Renta de no Residentes” jew għal taxxa li hija identika jew simili ħafna u li hija imposta wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva flimkien ma', jew minflok, dawk it-taxxi li jeżistu.

6.  Fejn stabbiliment permanenti ta' kumpanija ta' Stat Membru huwa trattat bħala dak li jħallas, jew bħala s-sid benefiċjarju, ta' imgħax jew royalties, l-ebda parti oħra tal-kumpanija ma' għandha tiġi trattata bħala dik li tħallas, jew bħala s-sid benefiċjarju, ta' dak l-imgħax jew ta' dawk ir-royalties għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu.

7.  Dan l-Artikolu għandu japplika biss jekk il-kumpanija li hija dik li tħallas, jew il-kumpanija li l-istabbiliment permanenti tagħha huwa trattat bħala dak li jħallas, l-imgħax jew royalties hiija kumpanija assoċjata tal-kumpanija li hija s-sid benefiċjarju, jew li l-istabbiliment permanenti tagħha huwa trattat bħala s-sid benefiċjarju, ta' dak l-imgħax jew dawk ir-royalties

8.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika fejn l-imgħax jew ir-royalties jitħallsu minn jew lil stabbiliment permanenti sitwat fi Stat terz ta' kumpanija ta' Stat Membru u l-kummerċ tal-kumpanija huwa kollu jew parti minnu mwettaq permezz ta' dak l-istabbiliment permanenti.

9.  Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jwaqqaf lil Stat Membru milli jikkonsidra imgħax jew royalties rċevuti mill-kumpaniji tiegħu, minn stabbilimenti permanenti tal-kumpaniji tiegħu jew minn stabbilimenti permanenti sitwati f'dak l-Istat meta japplika l-liġi tat-taxxa tiegħu.

10.  Stat Membru għandu jkollu l-għażla li ma japplikax din id-Direttiva għal kumpanija ta' Stat Membru ieħor jew għal stabbiliment permanenti ta' kumpanija ta' Stat Membru ieħor f'ċirkostanzi fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(b) ma nżammux għal perjodu mhux interrot ta' għall-inqas sentejn.

11.  L-Istat minn fejn jiġi l-pgament jistà jeħtieġ li l-osservazzjoni tal-ħtiġiet stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 3 għandha tkun ipprovata meta jsir il pagament ta' l-imgħax jew royalties permezz ta' attestat. Jekk l-osservazzjoni tal-ħtiġiet stipulati f'dan l-Artikolu ma kinitx attestata fil-ħin meta sar il-pagament, l-Istat Membru għandu jkun liberu li jeħtieġ it-tnaqqis tat-taxxa minn ras il-għajn.

12.  L-Istat minn fejn jiġi l-pagament jista' jeħtieġ għal eżenzjoni taħt din id-Direttiva li huwa jkun ħareġ deċiżjoni li tagħti l-eżenzjoni kurrenti wara attestat li jiċċertifika l-osservazzjoni tal-ħtiġiet stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 3. Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni għandha tingħata l-aktar fi żmien tlett xhur wara li jkunu pprovduti l-attestat u kull informazzjoni ta' sostenn li l-istat minn fejn jiġi l-pagament jista' raġonevolment jitlob, u għandha tibqa' valida għal perjodu ta' għall-inqas sena wara li tingħata.

13.  Għall-għanijiet tal-paragrafi 11 u 12, l-attestat li jingħata għandu, għal kull kuntratt għall-pagament, jibqa' validu għall-inqas għal sena iżda għal mhux iktar minn tlett snin mid-data tal-ħruġ u għandha tinsab fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) xhieda tar-residenza tal-kumpanija li qed tirċievi għall-għanijiet tat-taxxa u, fejn meħtieġ, l-eżistenza ta' stabbiliment permanenti ċertifikat mill-awtorità tat-taxxa ta' l-Istat Membru li fih il-kumpanija li qiegħda tirċievi hija residenti għall-għanijiet tat-taxxa jew li fih huwa sitwat l-istabbiliment permanenti;

(b) Il-proprjetà benefiċjarja tal-kumpanija li qiegħda tirċievi skond il-paragrafu 4 jew l-eżistenza tal-kondizzjonijiet skond il-paragrafu 5 fejn stabbiliment permanenti huwa r-riċevitur tal-pagament;

(ċ) l-osservazzjoni tal-ħtiġiet skond l-Artikolu 3(a)(iii) fil-każ ta' kumpanija li tirċievi;

(d) pussess minimu jew il-kriterju ta' pussess minimu ta' jeddijiet tal-vot skond l-Artikolu 3(b);

(e) il-perjodu li għalih eżista l-pussess imsemmi f'(d).

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll il-ġustifikazzjonijiet legali għall-pagamenti taħt il-kuntratt (eż. ftehim ta' self jew kuntratt ta' liċensja).

14.  Jekk il-ħtiġiet għall-eżenzjoni ma jibqgħux jiġu osservati, il-kumpanija li tirċievi jew l-istabbiliment permanenti għandhom jinformaw immedjatament il-kumpanija li tħallas jew l-istabbiliment permanenti li jħallas u, jekk l-istat minn fejn jiġi l-pagament hekk jeħtieġ, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat.

15.  Jekk il-kumpanija jew stabbiliment permanenti li jħallas żamm it-taxxa minn ras il-għajn biex tkun eżenti taħt dan l-Artikolu, tistà ssir talba għar-rifużjoni ta' dik it-taxxa minn ras il-għajn. L-Istat Membru jistà jitlob l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 13. L-applikazzjoni għar-rifużjoni għandha tingħata fiż-żmien stipulat. Dak il-perjodu għandu jdum għall-inqas sentejn mid-data li fiha jitħallsu l-imgħax jew ir-royalties.

16.  L-istat minn fejn jiġi l-pagament għandu jħallas lura it-taxxa żejda miżmuma minn ras il-għajn fi żmien sena minn meta tkun irċevuta l-applikazzjoni u kull informazzjoni ta' sostenn li jistà raġonevolment jitlob. Jekk it-taxxa miżmuma minn ras il-għajn ma tiġix rifuża f'dak il-perjodu, il-kumpanija li tirċievi jew l-istabbiliment permanenti li jirċievi jkollhom jedd fi tmiem il-perjodu msemmi ta' sena għall-imgħax fuq dik it-taxxa li hija rifuża b'rata korrispondenti għar-rata ta' imgħax nazzjonali li tapplika f'każijiet simili skond il-liġi domestika ta' l-istat minn fejn jiġi l-pagament.

Artikolu 2

Tifsira ta' imgħax u royalties

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) it-terminu “imgħax” ifisser dħul minn pretensjonijiet ta' debitu ta' kull tip, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk jagħti l-jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u partikolarment, dħul minn assigurazzjonijiet u dħul minn bonds jew debentures, inklużi premiums u premjijiet konnessi ma' dawk l-assigurazzjonijiet, bonds jew debentures; ħlasijiet penali għal pagament li jsir tard m'għandhomx ikunu kkonsidrati bħala imgħax;

(b) it-terminu “royalties” ifisser pagamenti ta' kull tip rċevuti bħala konsiderazzjoni għall-użu ta', jew id-dritt ta' l-użu ta', kull dritt ta' l-awtur ta' xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku, inkluż films ċinematografiċi u software, kull patenti, trademark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew għal informazzjoni dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika; pagamenti għall-użu ta', jew id-dritt ta' l-użu ta', apparat industrijali, kummerċjali jew xjentifiku għandhom ikunu meqjusa bħala royalties.

Artikolu 3

Tifsira ta' kumpanija, kumpanija assoċjata u stabbiliment permanenti

Għall-għanijiet ta' din id d-Direttiva:

(a) it-terminu “kumpanija ta' Stat Membru” ifisser kull kumpanija:

(i) li tieħu waħda mill-forom imsemmija fl-Anness hawnhekk; u

(ii) li skond il-liġijiet tat-taxxa ta' Stat Membru hija kkonsidrata residenti f'dak l-Istat Membru u m'hix, skond it-tifsira ta' xi Konvenzjoni dwar it-Taxxa Doppja fuq l-Dħul li ntlaħqet ma' xi Stat terz, kkonsidrata residenti għall-għanijiet tat-taxxa barra l-Komunità; u

(iii) li hija suġġetta għal xi waħda mit-taxxi li ġejjin mingħajr ma' hija eżenti, jew għal xi taxxa li hija identika jew simili ħafna u li hija imposta wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva flimkien ma', jew minflok, dawk it-taxxi eżistenti:

 impôt des sociétés/vennootschapsbelasting fil-Bejġju,

 selskabsskat fid-Danimarka,

 Körperschaftsteuer fil-Ġermanja,

 Φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων fil-Greċja,

 impuesto sobre sociedades fl-Ispanja,

 impôt sur les sociétés fi Franza,

▼M4

 “porez na dobit” fil-Kroazja,

▼B

 corporation tax fl-Irlanda,

 imposta sul reddito delle persone giuridiche fl-Italja,

 impôt sur le revenu des collectivités fil-Lussemburgu,

 vennootschapsbelasting fl-Olanda,

 Körperschaftsteuer fl-Awstrija,

 imposto sobre o rendimento da pessoas colectivas fil-Portugall,

 yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund fil-Finlandja,

 statlig inkomstskatt fl-Isvezja,

 corporation tax fir-Renju Unit,

▼M2

 Daň z příjmů právnických osob in the Czech Republic,

 Tulumaks in Estonia,

 φόρος εισοδήματος in Cyprus,

 Uzņēmumu ienākuma nodoklis in Latvia,

 Pelno mokestis in Lithuania,

 Társasági adó in Hungary,

 Taxxa fuq id-dħul f'Malta,

 Podatek dochodowy od osób prawnych in Poland,

 Davek od dobička pravnih oseb in Slovenia,

 Daň z príjmov právnických osôb in Slovakia,

▼M3

 корпоративен данък fil-Bulgarija,

 impozit pe profit, impozitul pe veniturile obținute din România de nerezidenți fir-Rumanija

▼B

(b) kumpanija hija “kumpanija assoċjata” ta' kumpanija oħra jekk, għall-inqas:

(i) L-ewwel kumpanija għandha holding dirett minimu ta' 25 % fil-kapital tat-tieni kumpanija, jew

(ii) It-tieni kumpanija għandha holding dirett minimu ta' 25 % fil-kapital ta' l-ewwel kumpanija, jew

(iii) Kumpanija terza għandha holding dirett minimu ta' 25 % kemm fil-kapital ta' l-ewwel kumpanija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpanija.

Il-Holdings għandhom jinvolvu biss kumpaniji residenti fit-territorju ta' Komunità.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jibdlu il-kriterju ta' holding minimu fil-kapital b'dak ta' holding minimu fil-jeddijiet tal-vot;

(ċ) it-terminu “stabbiliment permanenti” iffisser post tan-negozju fiss sitwat fi Stat Membru li minnu jitwettaq il-kummerċ kollu jew parti minnu ta' kumpanija ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 4

Esklużjoni ta' pagamenti bħala imgħax jew royalties

1.  L-istat minn fejn jiġi l-pagament m'għandux ikun obbligat li jassigura il-benefiċċji ta' din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a) pagamenti li huma trattati bħala distribuzzjoni ta' profitti jew bħala rifużjoni ta' kapital skond il-liġi ta' l-istat minn fejn jiġi l-pagament;

(b) pagamenti minn pretensjonijiet ta' debitu li jkollhom id- dritt li jipparteċipaw fil-profitti tad-debitur;

(ċ) pagamenti minn pretensjonijiet ta' debitu li jagħtu d-dritt lill-kreditur li jibdel id-dritt tiegħu għall-imgħax bid-dritt li jipparteċipa fil-profitti tad-debitur;

(d) pagamenti minn pretensjonijiet ta' debitu li ma fihomx disposizzjoni għar-rifużjoni ta' l-ammont prinċipali jew fejn ir-rifużjoni hija dovuta aktar minn 50 sena wara d-data tal-ħruġ.

2.  Fejn, minħabba relazzjoni speċjali bejn dak li jħallas u s-sid benefiċjarju ta' l-imgħax jew tar-royalties, jew bejn wieħed minnhom u xi persuna oħra, l-ammont ta' imgħax jew royalties huwa iktar mill-ammont li kieku kienu jiftiehemu fuqu dak li jħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta' din ir-relazzjoni, id-disosizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għall-aħħar ammont, jekk hemm.

Artikolu 5

Frodi u abbuż

1.  Din-id-Direttiva ma' twaqqafx l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq ftehim li huma meħtieġa għall-prevenzjoni ta' frodi jew abbuż.

2.  L-Istati Membri jistgħu, fil-każ ta' operazzjonijiet li l-għan prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħhom huwa l-evażjoni tat-taxxa, l-għan li tiġi evitata t-taxxa jew l-abbuż, jirtiraw il-benefiċċji ta' din id-Direttiva jew jiċħdu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 6

▼M1

Regoli transitorji għar-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja

1.  Il-Greċja, Latvja, Polonja u Portugall għandhom jiġu awtorizzati biex ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 sad-data ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) u ( 1 ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 fuq tassazzjoni ta' introjtu ta' riservi fil-forma ta' ħlas ta' imgħax tat-2.6.2004 EN Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 195/33 introjtu fil-forma ta' ħlas ta' imgħax ( 2 ). Matul perjodu transitorji ta' tmien snin li jibda mid-data msemmija qabel, ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' imgħax jew royalties magħmula lill-kumpanija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lill-istituzzjoni permanenti li tinsab fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru m'għandhiex taqbeż 10 % matul l-ewwel erba' snin u 5 % matul l-aħħar erba' snin.

Il-Litwanja għandha tiġi awtorizzata sabiex ma tapplikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 sad-data ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE. Matul perjodu transitorji ta' sitt snin li jibda mid-data msemmija qabel, ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' royalties magħmula lill-kumpanija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lill-istituzzjoni permanenti li tinsab fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru m'għandhiex taqbeż 10 %. Matul l-ewwel erba' snin tal-perjodu transitorji ta' sitt snin, ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' imgħax magħmula lill-kumpanija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lill-istituzzjoni permanenti li tinsab fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru m'għandhiex taqbeż 10 % u matul s-sentejn ta' wara ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' imgħax m'għandhiex taqbeż 5 %.

Spanja u r-Repubblika Ċeka għandhom jiġu awtorizzati, għall-ħlas ta' royalty biss, sabiex ma japplikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 sad-data ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE. Matul perjodu transitorji ta' sitt snin li jibda mid-data msemmija qabel, ir-rata ta' taxxa fuq ħlas ta' royalties magħmula lill-kumpanija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lill-istituzzjoni permanenti li tinsab fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru m'għandhiex taqbeż 10 %. Is-Slovakkja għandha tiġi awtorizzata sabiex ma tapplikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 matul perjodu transitorji ta' sentejn li jibda mill-1 ta' Mejju 2004.

Madankollu dawn ir-regoli transitorji għandhom jibqgħu soġġetti għall-applikazzjoni kontinwa ta' kull rata ta' taxxa inqas minn dawk imsemmija fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi provduti bi ftehim bilaterali konkluż bejn ir-Repubblika Ċeka, l-Greċja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall jew s-Slovakkja u Stati Membri oħra. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi unanimament, fuq proposta mill-Kummissjoni, dwar xi estensjoni ta' dawn il-perjodi transitorji. Qabel l-għeluq ta' xi perjodu transitorji msemmi f'dan il-paragrafu, il-Kunsill jista' unimament jiddeċiedi, fuq propota mill-Kummissjoni, fuq estensjoni possibli ta' dawn il-perjodi transitorji

2.  Fejn kumpanija ta' Stat Membru, jew istituzzjoni permanenti li tinsab f'dak l-Istat Membru ta' kumpanija ta' Stat Membru:

 tirċievi imgħax jew royalties minn kumpanija assoċjata tal-Greċja, Latvja, Litwanja, Polonja jew Portugall,

 tirċievi royalties minn kumpanija assoċjata tar-Repubblika ¬eka, Spanja jew Slovakkja,

 tirċievi imgħax jew royalties minn istituzzjoni permanenti fil-Greċja, Latvja, Litwanja, Polonja jew Portugall, jew kumpanija assoċjata ta' Stat Membru

 jew

 tirċievi royalties minn istituzzjoni permanenti li tinsab fir-Repubblika ¬eka, Greċja, Spanja Latvja Litwanja Polonja Portugall, jew Slovakkja

ta' kumpanija assoċjata ta' Stat Membru, l-ewwel Stat Membru għandha tħalli ammont indaqs tat-taxxa mħallsa fir-Repubblika ¬eka, Greċja, Spanja Latvja Litwanja Polonja Portugall, jew skond paragrafu 1 fuq dak l-introjtu bħala tnaqqis fuq l-introjtu tal-kumpanija jew istituzzjoni permanenti li tirċievi dak l-introjtu.

3.  It-tnaqqis provdut fil-paragrafu 2 m'għandux jaqbez l-inqas:

(a) tat-taxxa mħallsa fir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, jew is-Slovakkja, fuq dan l-introjtu fuq il-bażi ta' paragrafu 1, jew

(b) dik il-parti tat-taxxa fuq l-introjtu ta' kumpanija jew istituzzjoni permanenti li tirċievi l-imgħax jew royalties, kif maħduma qabel jingħata t-tnaqqis, li huwa attribwit għal dak il-ħlas taħt il-liġi domestika ta' l-Istat Membru fejn tinsab il-kumpanija jew l-istituzzjoni permanenti.

▼B

Artikolu 7

Implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2004. Għandhom mill-ewwel jinformaw lill-Kummissjoni dwarha.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li għandhom jintużaw biex issir din ir-referenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjoniiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, flimkien ma' tabbella li turi kif id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu mad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati.

Artikolu 8

Reviżjoni

Sal-31 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment bil-għan li tiġi estiża l-applikazzjoni tagħha għal kumpaniji u impriżi oħrajn barra dawk imsemmija fl-Artikulo 3 u fl-Anness.

Artikolu 9

Klawżola ta' delimitazzjoni

Din id-Direttiva m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq ftehim li jmorru lil hinn mid-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu it-tassazzjoni doppja ta' imgħax u royalties.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Lista ta' kumpaniji koperti bl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva

(a) Kumpaniji taħt il-liġi tal-Belġju magħrufin bħala: “naamloze vennootschap/société anonyme, commanditaire vennootschap op aandelen/société en commandite par actions, besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid/société privée à responsabilité limitée” u dawk il-korpi pubbliċi li joperaw skond il-liġi privata;

▼M3

(aa) kumpanniji taħt il-liġi tal-Bulgarija magħrufa bħala: “събирателното дружество”, “командитното дружество”, “дружеството с ограничена отговорност”, “акционерното дружество”, “командитното дружество с акции”, “кооперации”, “кооперативни съюзи”, “държавни предприятия” kostitwiti taħt il-liġi tal-Bulgarija u li jwettqu attivitajiet kummerċjali;

(ab) kumpanniji taħt il-liġi tar-Rumanija magħrufa bħala: “societăți pe acțiuni”, “societăți în comandită pe acțiuni”, “societăți cu răspundere limitată”;

▼B

(c) kumpaniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufin bħala: “Aktiengesellschaft, Kommanditgesellschaft auf Aktien, Gesellschaft mit beschränkter Haftung” u “bergrechtliche Gewerkschaft”;

(d) kumpanija taħt il-liġi Griega magħrufin bħala: “ανώνυμη εταιρíα”;

(e) kumpaniji taħt il-liġi Spanjola magħrufin bħala: “sociedad anónima, sociedad comanditaria por acciones, sociedad de responsabilidad limitada” u dawk il-korpi pubbliċi li joperaw skond il-liġi privata;

(f) kumpaniji taħt il-liġi Franċiża magħrufin bħala: “société anonyme, société en commandite par actions, société à responsabilité limitée” u stabbilimenti u impriżi industrijali u kummerċjali pubbliċi;

(g) kumpaniji fil-liġi Irlandiża magħrufin bħala kumpaniji pubbliċi limitati b'azzjonijiet jew b'garanzija, kumpaniji privati limitati b'azzjonijiet jew b'garanzija, korpi reġistrati skond l-“Industrial and Provident Societies Acts” jew soċjetajiet tal-bini reġistrati skond il-“Building Societies Acts”;

(h) kumpaniji taħt il-liġi Taljana magħrufin bħala: “società per azioni, società in accomandita per azioni, società a responsabilità limitata” u entitajiet pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet industrijali u kummerċjali;

(i) kumpaniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufin bħala: “société anonyme, société en commandite par actions et société à responsabilité limitée”;

(j) kumpaniji taħt il-liġi Olandiża magħrufin bħala: “naamloze vennootschap” u “besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid”;

(k) kumpaniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufin bħala: “Aktiengesellschaft” u “Gesellschaft mit beschränkter Haftung”;

(l) kumpaniji kummerċjali jew kumpaniji tal-liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali, koperattivi u impriżi pubbliċi inkorporati skond il-liġi Portugiża;

(m) kumpaniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufin bħala: “osakeyhtiö/aktiebolag, osuuskunta/andelslag, säästöpankki/sparbank” u “vakuutusyhtiö/försäkringsbolag”;

(n) kumpaniji taħt il-liġi Svediża magħrufin bħala: “aktiebolag” u “försäkringsaktiebolag”;

(o) kumpaniji inkorporati skond il-liġi tar-Renju Unit;

▼M2

(p) kumpanniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala: “akciová společnost”, “společnost s ručením omezeným”, “veřejná obchodní společnost”, “komanditní společnost”, “družstvo”;

(q) kumpanniji taħt il-liġi ta' l-Estonja magħrufa bħala: “täisühing”, “usaldusühing”, “osaühing”, “aktsiaselts”, “tulundusühistu”;

(r) kumpanniji taħt il-liġi Ċipriota magħrufa bħala: kumpanniji skond il-Liġi tal-Kumpannija, Korporazzjonijiet Pubbliċi kif ukoll kull Korp ieħor li hu meqjus bħala kumpannija skond il-Liġijiet tat-Taxxa fuq id-dħul;

(s) kumpanniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala: “akciju sabiedrība”, “sabiedrība ar ierobežotu atbildību”;

(t) kumpanniji nkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja;

(u) kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: “közkereseti társaság”, “betéti társaság”, “közös vállalat”, “korlátolt felelősségű társaság”, “részvénytársaság”, “egyesülés”, “közhasznú társaság”, “szövetkezet”;

(v) kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala: “Kumpaniji ta' Responsabilita' Limitata”, “Soċjetajiet in akkomandita li l-kapital tagħhom maqsum f'azzjonijiet”;

(w) kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: “spółka akcyjna”, “spółka z ograniczoną odpowiedzialnością”;

(x) kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala: “delniška družba”, “komanditna delniška družba”, “komanditna družba”, “družba z omejeno odgovornostjo”, “družba z neomejeno odgovornostjo”;

(y) kumpanniji taħt il-liġi Slovakkja magħrufa bħala: “akciová spoločnos”, “spoločnosť s ručením obmedzeným”, “komanditná spoločnos”, “verejná obchodná spoločnos”, “družstvo”;

▼M4

(z) kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: “dioničko društvo”, “društvo s ograničenom odgovornošću”, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti.



( 1 ) ĠU L 157, 26.06.03, p. 38.

( 2 ) ĠU L 157, tas-26.6.2003, p. 38.

Top