This document is an excerpt from the EUR-Lex website
European Defence Action Plan
Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża
Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża
Komunikazzjoni (COM(2016) 950 final) – Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża
L-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Il-Pjan ta’ Azzjoni jinqasam fi 3 partijiet:
L-istabbiliment tal-Fond Ewropew għad-Difiża, b’2 strutturi ta’ finanzjament:
Il-promozzjoni tal-investiment fil-katina tal-provvista tad-difiża: il-Kummissjoni ser tappoġġja l-isforzi tal-Bank Ewropew tal-Investiment biex jitjieb l-aċċess għall-finanzjament għall-katina tal-provvista tad-difiża, li l-qalba tagħha fil-parti l-kbira hi magħmula minn negozji żgħar u ta’ daqs medju. Barra minn dan, taħt il-Pjan ta’ Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet, il-Kummissjoni ser tappoġġja l-kooperazzjoni fis-settur tad-difiża biex tiżgura li n-nies ikollhom il-ħiliet it-tajbin biex jipproduċu l-innovazzjoni.
It-tisħiħ tas-Suq Uniku tal-UE għad-difiża: biex tgħin tindirizza l-qsim u biex tiżgura aktar kompetittività fl-industrija tad-difiża, il-Kummissjoni ser tieħu passi biex ittejjeb il-kompetizzjoni madwar l-UE għal kuntratti ta’ xiri ta’ difiża. Il-kumpaniji jkunu jistgħu joperaw b’mod transkonfinali aktar faċilment filwaqt li l-pajjiżi tal-UE jirċievu l-aħjar valur għall-flus. Sabiex dan jinkiseb, il-Kummissjoni tipproponi titjib fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Akkwist u tad-Direttiva dwar it-Trasferimenti.
Punti ewlenin oħrajn
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża (COM(2016) 950 final, 30.11.2016)
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) — Titolu V - Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna ta’ l-unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 2 — Dispożizzjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni — Artikolu 42 (ex Artikolu 17 TEU) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 38-39)
Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, pp. 76-136)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/81/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1–36)
Ara l-verżjoni konsolidata
l-aħħar aġġornament 17.07.2017